Lenard Camilleri · Nov 24, 2015 · 2 min read
Nixtieq Nerga’ Nibda
Nixtieq Nerġa’ Nibda huwa film qasir ibbażat fuq l-istorja ta’ Amanda Todd. Sally, tfajla ta’ 17-il sena, tirrakkonta kif bdiet ħbiberija ma’ żagħżugħ, Troy, u kif rigal speċjali biddel ħajjitha ta’ taħt fuq.
L-iskop tal-film huwa li jqajjem kuxjenza dwar l-użu ta’ siti soċjali u l-abbuż li jista’ jsir permezz tagħhom. Il-film kien produzzjoni ta’ ZTK Youth Club, parti mill-Kulleġġ Santa Margerita.
L-idea żviluppat minn ħames żgħażagħ li għandhom għal qalbhom id-drama u l-vidjografija. Bl-għajnuna ta’ producer, script writer u youth worker, iż-żgħażagħ ħadmu fuq is-suġġett, l-istorja, l-atturi, il-pjan tal-film, il-props u l-muntaġġ.